Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2013 –Oikonomopoulos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-483/13 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Investigazzjoni mmexxija mill-OLAF – Rikors għad-danni – Danni finanzjarji u morali allegatament subiti mir-rikorrent – Talba għal miżuri provviżorji – Inammissibbiltà – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Athanassios Oikonomopoulos (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u I. Zarzoura, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Sauka, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji ppreżentata fil-kuntest ta’ rikors għad-danni intiż sabiex jinkseb kumpens għad-danni li r-rikorrent ġarrab fl-attivitajiet professjonali tiegħu u għar-reputazzjoni tiegħu wara ċertu aġir allegatament illegali tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) fil-kuntest ta’ investigazzjoni mmexxija mill-aġenti tiegħu.DispożittivIt-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.L-ispejjeż huma rriżervati.