Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Lulju 2014 – You-View.tv vs UASI – YouView TV (YouView+)

(Kawża T-480/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali YouView+ – Trade mark Benelux figurattiva preċedenti You View You-View.tv – Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti – Setgħa diskrezzjonali mogħtija mill-Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Kunċett ta’ ‘dispożizzjoni kuntrarja’ – Regola 20(1) tar-Regolament Nru 2868/95)”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: You-View.tv (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentant: S. Criel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: YouView TV Ltd (Londra, ir-Renju Unit)SuġġettRikors għal annullament ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You-View.tv u YouView TV Ltd.DispożittivId-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-18 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 2112/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn You-View.tv u YouView TV Ltd, hija annullata.Il-kumplament tat-talbiet tar-rikors huwa miċħud.L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.