Language of document : ECLI:EU:T:2014:866





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Ottubru 2014 — Marchiani vs Il‑Parlament

(Kawża T‑479/13)

“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru tas-somom imħallsa indebitament”

1.                     Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Ċaħda ta’ rikors fuq il-mertu mingħajr ma tingħata deċiżjoni fuq l-ammissibbiltà — Setgħa diskrezzjonali tal-qorti tal-Unjoni (Artikolu 263 TFUE) (ara l-punt 23)

2.                     Il-Parlament Ewropew — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Allowances parlamentari — Applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 966/2012 bħala lex specialis fir-rigward tal-proċedura prevista mir-regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament (Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill Nru 966/2012, Artikoli 78 u 79; Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew 2005/684) (ara l-punti 27‑31)

3.                     Il-Parlament Ewropew — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Assenza ta’ dokumenti li juru użu konformi — Obbligu ta’ rimbors — Kundizzjonijiet għall-għoti tal-imsemmija allowance ssodisfatti fil-mument tat-talba — Assenza ta’ effett (ara l-punti 45, 46, 49, 54)

4.                     Il-Parlament Ewropew — Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-membri tal-Parlament — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Talba għal rimbors fil-forma ta’ nota ta’ debitu — Osservanza ta’ terminu raġonevoli — Kriterji ta’ evalwazzjoni (Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 41(1)) (ara l-punti 81‑84, 88)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew, tal-4 ta’ Lulju 2013, dwar l-irkupru mingħand ir-rikorrent ta’ somma ta’ EUR 107 694.72 u tan-nota ta’ debitu relattiva tal-5 ta’ Lulju 2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Jean-Charles Marchiani huwa kkundannat għall-ispejjeż.