Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Frar 2018 – MedSkin Solutions Dr. Suwelack vs EUIPO – Cryo-Save (CryoSafe)

(Kawża T-482/13) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Irtirar tal-oppożizzjoni – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG (Billerbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cryo-Save AG (Freienbach, l-Isvizzera) (rappreżentant: C. Onken, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO, tal-4 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1759/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cryo-Save AG u MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu in solidum l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).

MedSkin Solutions Dr. Suwelack AG u Cryo-Save AG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom skont il-ftehim tagħhom.

____________

1     ĠU C 313, 26.10.2013.