Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Jannar 2010 - Ella Valley Vineyards vs UASI - Hachette Filipacchi Presse (ELLA VALLEY VINEYARDS)

(Kawża T-32/10)

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ella Valley Vineyards (Adulam) Ltd (Jerusalem, l-Iżrael) (rappreżentant: C. de Haas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hachette Filipacchi Presse SA (Levallois-Perret, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li ħa l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-11 ta' Novembru fl-intier tagħha, inkwantu kisret l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009;

tikkundanna lill-UASI jbati l-ispejjeż tal-kumpannija ELLA VALLEY VINEYARDS skont l-Artikoli 87 sa 93 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ELLA VALLEY VINEYARDS" għall-prodotti fil-klassi 33 (Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 3 360 914)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Hachette Filipacchi Presse SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali Franċiża u t-trade mark verbali Komunitarja "ELLE" għall-prodotti fil-klassi 16 (trade mark Komunitarja Nru 3 475 365)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: L-annullament tad-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 sa fejn il-pubbliku kkonċernat ma jagħmilx konnessjoni bejn it-trade marks inkwistjoni, u l-użu tat-trade mark "ELLA VALLEY VINEYARDS" ma jagħtix vantaġġ indebitu tar-reputazzjoni ta' trade marks "ELLE" preċedenti.

____________