Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta' Frar 2010 - Internationaler Hilfsfonds vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Internationaler Hilfsfonds e.V. (Rosbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Kaltenecker, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kumissjoni tad-9 ta' Ottubru 2009 u tal-1 ta' Diċembru 2009 sa fejn jiċħdu l-aċċess tar-rikorrenti għal dokumenti kunfidenzjali.

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-9 Ottubru 2009, li permezz tagħha ċaħdet parzjalment it-talba tagħħa għal aċċess għal dokumenti kunfidenzjali relatati mal-fajl dwar il-kuntratt LIEN 97-2011, u tikkontestata l-ittra tal-Kummissjoni tal-1 ta' Diċembru 2009, li permezz tagħha hija informat lir-rikorrenti li ma setgħatx tadotta fit-terminu previst deċiżjoni dwar it-tieni talba għall-aċċess għall-fajl tal-kuntratt LIEN 97-2011.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti essenzjalment tallega li l-Kummissjoni ma kellhiex l-awtorità tirrifjutalha aċċess għad-dokumenti mitluba billi applikat id-derogi tal-Artikolu 4(3) u (4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 1. F'dan ir-rigward, huwa argumentat li hemm interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokumenti li għad ma hemmx aċċess għalihom.

____________

1 - Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta' Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).