Appell ippreżentat fil-1 ta’ Frar 2021 minn Embutidos Monells, SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-2 ta’ Diċembru 2020 fil-Kawża T-639/19 – Sánchez Romero Carvajal Jabugo vs EUIPO — Embutidos Monells (5MS MMMMM)
(Kawża C-59/21 P)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Embutidos Monells, SA (rappreżentanti: L. Broschat García u L. Polo Flores, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Sánchez Romero Carvajal Jabugo, S. A. U, L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Permezz ta’ digriet tat-18 ta’ Mejju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (l-Awla li tiddeċiedi dwar l-ammissjoni tal-appelli) ddeċidiet li tiċħad l-appell u kkundannat lil Embutidos Monells, SA għall-ispejjeż tagħha.
____________