Language of document :

Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2023 – Huhtamaki Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1145/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Huhtamaki Holding Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Struys, F. Pili u H. de Cazotte, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tirriżulta mis-silenzju tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1 , li rrifjutat l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti tal-31 ta’ Awwissu 2023, għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 (iktar il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 296 TFUE u d-dritt għal amministrazzjoni tajba tar-rikorrenti stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, fil-każ ipotetiku li l-Kummissjoni kellha ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija indikata fit-tweġiba tagħha tal-11 ta’ Awwissu 2023 skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1049/2001:

id-deċiżjoni kkontestata xorta tkun tikser ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni (l-ewwel parti tat-tieni motiv); u

id-deċiżjoni kkontestata tkun ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri l-motivazzjoni tal-Kummissjoni tkun żbaljata fuq il-mertu (it-tieni parti tat-tieni motiv).

____________

1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.