Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2023 – LD vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1184/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: LD (rappreżentanti: M. Velardo, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Marzu 2023, li permezz tagħha r-rikorrenti ma ġietx inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19, billi kisbet marka ta’ 98/180, insuffiċjenti sabiex tilħaq il-livell ta’ 124/180;

tannulla d-deċiżjoni tat-22 ta’ Mejju 2023, li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għal eżami mill-ġdid tal-esklużjoni mill-kompetizzjoni EPSO/AD/371/19;

tannulla d-deċiżjoni tal-AIPN tat-12 ta’ Ottubru 2023, li permezz tagħha ġie miċħud impliċitament ir-rikors amministrattiv ippreżentat skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 90(2) tal-Istatut fit-12 ta’ Ġunju 2023, wara li l-Istituzzjoni baqgħet siekta għal erba’ xhur mid-data tal-preżentata tal-azzjoni interna;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 27 tal-Istatut u tal-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament bejn il-kandidati. Assenza ta’ evalwazzjoni oġġettiva tal-kandidati u ksur tal-ewwel u tat-tielet paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness III tal-Istatut.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-prinċipju konness tal-ugwaljanza tal-partijiet fil-proċedura (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-ħames u tas-sitt paragrafu tal-Artikolu 5 tal-Anness III tal-Istatut. Ksur tar-regoli dwar il-formazzjoni tal-ġurija.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza bejn il-kandidati u tal-assenza ta’ oġġettività fl-evalwazzjonijiet, minħabba l-assenza ta’ stabbiltà tal-ġurija.

____________