Language of document :

Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2016 – GeoClimaDesign vsEUIPO – GEO Gesellschaft für ENERGIE und Oekologie (GEO)

(Kawża T-280/16)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GeoClimaDesign AG (Fürstenwalde/Spree, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Lanz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: GEO Gesellschaft für ENERGIE und Oekologie GmbH (Langenhorn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem il-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża: trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “GEO” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 331 076

Proċedimenti quddiem il-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Marzu 2016 fil-Każ R 1679/2015-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-invalidità tat-trade mark inkwistjoni, jew, sussidjarjament, tiddikjara l-invalidità tat-trade mark inkwistjoni għall-prodotti u servizzi segwenti, preparazzjoni organizzattiva ta’ proġetti ta’ kostruzzjoni fis-settur tal-enerġija li tiġġedded, b’mod partikolari, turbini tar-riħ u parks eoliċi fil-Klassi 35, servizzi ta’ impriżi ta’ kostruzzjoni għat-twettiq ta’ proġetti fl-ambitu tal-enerġija li tiġġedded, b’mod partikolari turbini tar-riħ u parks eoliċi; tiswija u manutenzjoni tat-turbini tar-riħ fil-klassi 3 kif ukoll disinn tekniku ta’ proġetti fil-qasam tal-provvista tal-enerġija; disinn tekniku ta’ proġetti fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded, b’mod partikolari turbini tar-riħ u parks eoliċi; servizzi ta’ inġinerija fil-qasam tal-enerġija li tiġġedded, b’mod partikolari fil-qasam tat-turbini tar-riħ u parks eoliċi; perizji tekniċi u xjentifiċi fil-klassi 42;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 52(1)(a) flimkien mal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

____________