Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-2 ta’ Marzu 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Judecătoria Balş – Judeţul Olt - ir-Rumanija) – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor - Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

(Kawża C-245/15) 1

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Trasport bit-triq – Dispożizzjonijiet soċjali – Derogi – Regolament (KE) Nru 561/2006 – Artikolu 3(a) – Regolament (KE) Nru 1073/2009 – Il-punt 3 tal-Artikolu 2 – Servizzi regolari li jiżguraw it-trasport tal-passiġġieri – Kunċett – Trasport b’xejn organizzat minn operatur ekonomiku għall-impjegati tiegħu, lejn u mill-post tax-xogħol, f’vetturi li jappartjenu lilu u misjuqa minn wieħed mill-impjegati tiegħu)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Balş – Judeţul Olt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Casa Noastră SA

Konvenut: Ministerul Transporturilor - Inspectoratul de Stat pentru Controlul în Transportul Rutier ISCTR

Dispożittiv

L-Artikolu 3(a) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, kif ukoll il-punt 3 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li s-servizz tat-trasport bejn id-dar u l-post tax-xogħol tal-ħaddiema, organizzat mill-persuna li timpjega lil dawn tal-aħħar u fejn ir-rotta koperta ma taqbiżx il-50 km, jidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-deroga, prevista fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006, skont liema dan ir-regolament ma japplikax għal tali servizz ta’ trasport.

____________

1 ĠU C 337, 12.10.2015.