Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-17 ta' Frar 2011 (talba għal deċiżjoni preliminari ta' Sąd Rejonowy Warszawa - ir-Repubblika tal-Polonja) - Artur Weryński vs Mediatel 4B Spółka z o.o.

(Kawża C-283/09) 1

"Kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji ċivili - Kisba ta' provi - Smigħ ta' xhud mill-qorti rikjesta fuq talba tal-qorti rikjedenti - Indennizz mogħti lix-xhieda"

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy Warszawa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Artur Weryński

Konvenuta: Mediatel 4B Spółka z o.o.

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta' Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 121) - Smigħ ta' xhud minn qorti ta' Stat Membru fuq talba ta' qorti ta' Stat Membru ieħor - Indennizz mogħti lix-xhieda - Possibbiltà għall-qorti rikjesta li titlob lill-qorti rikjedenti l-ħlas ta' somma flus bil-quddiem lix-xhud li jkun xehed

Dispożittiv

L-Artikoli 14 u 18 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1206/2001, tat-28 ta' Mejju 2001, dwar kooperazzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri fil-kumpilazzjoni ta' xhieda f'materji ċivili jew kummerċjali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li qorti rikjedenti ma hijiex marbuta tħallas lill-qorti rikjesta somma mħallsa bil-quddiem sabiex tkopri l-indennizz jew ir-rimbors tal-indennizz dovut lix-xhud eżaminat.

____________

1 - ĠU C 244, 10.10.2009