Language of document :

Appell ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2021 minn H.R. Participations SA mis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Diċembru 2020 mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-Kawża T-535/19, H.R. Participations vs EUIPO – Hottinger Investment Management (JCE HOTTINGUER)

(Kawża C-109/21 P)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: H.R. Participations SA (rappreżentant: P. Wilhelm u J. Rossi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Propjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO), Hottinger Investment Management Ltd

B’digriet tat-2 ta’ Ġunju 2021, il-Qorti tal-Ġustizzja (Awla tal-Ammissjoni tal-Appelli) iddeċidiet li l-appell ma huwiex ammissibbli u li H.R. Participations SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.

____________