Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (Ir-Renju Unit) fit-22 ta’ Diċembru 2020 – Fenix International Limited vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

(Kawża C-695/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fenix International Limited

Konvenut: Commissioners for Her Majesty’s Revenue and Customs

Domanda preliminari

L-Artikolu 9a tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 282/2011 tal-15 ta’ Marzu 2011 li jistabbilixxi miżuri ta’ implimentazzjoni fir-rigward tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 1 , miżjud permezz tal-Artikolu 1(1)(c) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1042/2013 tas-7 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 282/2011 fir-rigward tal-post tal-forniment ta’ servizzi 2 , huwa invalidu minħabba li jmur lil hinn mill-kompetenza jew mill-obbligu ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill stabbiliti fl-Artikolu 397 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud 3 sa fejn jikkompleta u/jew jemenda l-Artikolu 28 ta-Direttiva 2006/112?

____________

1     ĠU 2011, L 77, p. 1.

2     ĠU 2013, L 284, p. 1.

3     ĠU 2006, L 347, p. 1, rettifika fil-ĠU 2007, L 335, p. 60.