Language of document :

Rikors ippreżentat fit-28 ta' Lulju 2009 - IG Communications vs UASI - Citicorp and Citibank (CITIGATE)

(Kawża T-301/09)

Lingwa tar-rikors: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IG Communications (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Beard, Solicitor u M. Edenborough, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Citicorp and Citibank, N.A. (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-30 ta' April 2009, fil-Każ R 821/2005-1 fl-intier tagħha jew, sussidjarjament, parzjalment; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tar-rikorrenti ta' dan l-appell quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali "CITIGATE", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċeduri quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali "CITI" għal servizzi fil-klassi 36; l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja tat-trade mark figurattiva "citi" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITICORP" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIGROUP" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIBOND" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 38; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIEQUITY" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 36 u 42; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIGARANT" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 16, 35, 36 u 42; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIBANK" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITICARD" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "CITIGOLD" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36; ir-reġistrazzjoni fil-Ġermanja tat-trade mark verbali "CITIBANK" għal servizzi fil-klassi 36; ir-reġistrazzjoni fir-Renju Unit tat-trade mark verbali "CITIBANK" għal servizzi fil-klassi 36; ir-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja tat-trade mark verbali "THE CITI NEVER SLEEPS" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16 u 36.

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u t-trade mark Komunitarja li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell qies, b'mod żbaljat, li kien hemm familja ta' trade marks preċedenti, u konsegwentement, li kien hemm probabbiltà ta' konfużjoni bejn it-trade marks ikkonċernati; ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell qies, b'mod żbaljat, li kien hemm familja ta' trade marks preċedenti, u konsegwentement, li kien hemm kunflitt bejn it-trade marks ikkonċernati.

____________