Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2017 – Clean Sky 2 Joint Undertaking vs Revoind Industriale

(Kawża T-270/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Clean Sky 2 Joint Undertaking (CSJU) (rappreżentanti: B. Mastantuono, Agent u by M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Revoind Industriale Srl (Oricola, l-Italja)

Talbiet

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas, favuriha tas-somma ta’ EUR 625 793.42 fir-rigward tal-Ftehim ta’ għotja għas-Sħab Nru 620108 dwar il-proġett intitolat “LOSITA-Low Subsonic Investigation of a large complete Turboprop Aircraft”, flimkien mal-ammont ta’ EUR 3 240.41 bħala interessi moratorji kkalkolati bir-rata ta’ 3.5 % għall-perijodu ta’ mis-7 ta’ Frar 2017 u l-ta’ April 2017;

tikkundanna lill-konvenuta sabiex tħallasha EUR 60.01 kull jum bħala interessi sa mit-2 ta’ April 2017 u sad-data tar-rimbors sħiħ tad-dejn; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motivi li ġejjin:

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-obbligi kuntrattwali tagħha, billi ma wettqitx il-proġett LOSITA billi ma pprovditilhiex ir-rapporti u l-provi rilevanti li kellhom jingħataw, kif jistipula l-Artikolu II.2 tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Barra minn hekk, il-konvenuta ma wettqitx ix-xogħol impost fuqha, kif inhu speċifikat fl-Anness I, u b’hekk kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikol II.3(a),(e) u (h) tal-Anness II tal-Ftehim ta’ għajnuna.

Konsegwentement, ir-rikorrenti rrexxindiet il-Ftehim ta’ għajnuna abbażi tal-Artikolu II.38 tal-Anness II tal-istess ftehim u ħarġet nota ta’ debitu għall-finanzjament bil-quddiem ta’ EUR 625 793.42 li kienu diġà tħallsu lill-koordinatur konformement mad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-finanzjament bil-quddiem jibqa’ proprjetà tar-rikorrenti sal-ħlas finali.

Il-fatti li taw lok għall-obbligi ta’ Revoind Industriale Srl, fil-kapaċità tagħha bħala benefiċjarja tal-Ftehim ta’ għajnuna, huma kunsiderevolment mhux ikkontestati f’dan il-każ u l-oġġezzjonijiet tal-konvenuta, sa fejn huma ġenerali, mhux sħaħ u mhux sostnuti b’ebda prova ġġustifikata, jidhru kompletament infondati.

Konsegwentement, ir-rikorrenti għandha dritt titlob l-irkupru u l-ħlas lura tas-somom imħallsa lill-konvenuta bħala finanzjament bil-quddiem, miżjuda bl-interessi moratorji.

____________