Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta' Awwissu 2010 - Nike International vs UASI - Deichmann (VICTORY RED)

(Kawża T-356/10)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nike International Ltd (Oregon, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentant: M. De Justo Bailey, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Deichmann SE (Essen, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta' Mejju 2010 fil-Każ R 1309/2009-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, u;

tikkundanna lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż tal-proċedimenti, jekk issir parti intervenjenti f'din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "VICTORY RED", għall-prodotti fil-klassijiet 18 u 28

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Reġistrazzjoni tat-trade mark Germaniża Nru 30318528 tat-trade mark verbali "Victory", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28; Reġistrazzjoni tat-trade mark Internazzjonali Nru 819143 tat-trade mark verbali "Victory", għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa għall-prodotti kollha kkontestati u applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark irrifjutata fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell għamel evalwazzjoni żbaljata tal-probabbiltà ta' konfużjoni, b'mod partikolari tax-xebh tas-sinjali.

____________