Language of document : ECLI:EU:T:2015:839





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Novembru 2015 –
CEDC International vs UASI – Fabryka Wódek Polmos Łańcut (WISENT)

(Kawża T‑449/13)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja figurattiva WISENT – Trade mark tridimensjonali preċedenti ŹUBRÓWKA – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Xebh tat-trade marks – Artikolu 53(1)(a) u Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

1.                     Proċedura ġudizzjarja – Rikors promotur – Rekwiżiti proċedurali – Identifikazzjoni tas-suġġett tat-tilwima – Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati – Rikors mhux suffiċjentement ċar u preċiż – Inammissibbiltà (Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 21;Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 177(1)(d)) (ara l-punti 16-18)

2.                     Trade mark Komunitarja – Proċedura għat-tressiq ta’ kawża – Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni – Bdil fit-termini tat-tilwima kif ippreżentata quddiem il-Bord tal-Appell – Inammissibbiltà (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(2); Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 188) (ara l-punt 26)

3.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Kriterji ta’ evalwazzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 40, 41, 65)

4.                     Trade mark Komunitarja – Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Trade mark kumplessa (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 43, 55-57, 80, 81, 93, 101)

5.                     Trade mark Komunitarja – Ċessjoni, revoka u invalidità – Raġunijiet relattivi ta’ invalidità – Eżistenza ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu – Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti – Trade mark figurattiva WISENT u trade mark tridimensjonali ŻUBRÓWKA (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 48, 127, 130, 131, 135)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 33/2012‑4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Przedsiębiorstwo Polmos Białystok u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-10 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 33/2012‑4) hija annullata.

2)

L-UASI u Fabryka Wodek Polmos Łańcut SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti minn CEDC International sp. z o.o.