Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta' Diċembru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Cour de cassation - Franza) - Expedia Inc. vs Autorité de la concurrence et

(C-226/11) 

(Kompetizzjoni - Artikolu 101(1) TFUE - Akkordju - Natura sinjifikattiva ta' ristrutturar - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikolu 3(2) - Awtorità nazzjonali tal-kompetizzjoni - Prattika li tista' taffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri - Tressiq ta' azzjoni u sanzjoni - Nuqqas ta' qbiż tal-kriterji ta' sehem mis-suq iddefiniti fil-Komunikazzjoni 'de minimis' - Restrizzjonijiet skont l-għan)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Expedia Inc.

Konvenuti: Autorité de la concurrence, Ministre de l'Économie, de l'Industrie et de l'Emploi, Société nationale des chemins de fer français (SNCF), Voyages-SNCF.com, Agence Voyages-SNCF.com, VFE Commerce, IDTGV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari - Cour de Cassation (Franza) - Interpretazzjoni tal-Artikolu 101(1) TFUE u tal-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8 Vol. 2 p. 205) - Relazzjoni bejn l-Artikolu 101 u l-Artikolu 102 TFUE u l-liġijiet nazzjonali tal-kompettitività - Possibbiltà, għall-qrati u għall-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni, li jipproċedu kontra u li jissanzjonaw ftehim li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri, iżda li ma jaqbizx il-livelli tas-sehem fis-suq stabbiliti mill-Kummissjoni - Ftehim li għandu għan li jmur kontra l-kompetizzjoni

Dispożittiv

L-Artikolu 101(1) TFUE u l-Artikolu 3(2) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, tas-16 ta' Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 [KE] u 82 [KE], għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux li awtorità nazzjonali ta' kompetizzjoni tapplika l-Artikolu 101(1) TFUE għal ftehim bejn impriżi li jista' jaffettwa l-kummerċ bejn Stati Membri, iżda li ma jilħaqx il-kriterji ffissati mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħa, dwar ftehim ta' importanza minuri li ma jirrestrinġux b'mod apprezzabbli l-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 81(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea (de minimis), dejjem sakemm dan il-ftehim jikkostitwixxi restrizzjoni sinjifikattiva tal-kompetizzjoni fis-sens ta' din id-dispożizzjoni.

____________

1 - ĠU C 211, 16.07.2011