Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-11/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett

Annullament tal-kuntratt tar-rikorrent sa fejn dan jikklassifikah fil-grad AD5 u talba għal kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2013 sa fejn din tikklassifika lir-rikorrent fil-grad AD5;

sa fejn ikun neċessarju, jannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent;

jordna l-klassifikazzjoni mill-ġdid tal-pożizzjoni tar-rikorrent fi grad li jikkorrispondi għar-responsabbiltajiet tiegħu;

jordna lill-konvenut jislet il-konsegwenzi kollha, b’mod partikolari dawk pekunjarji, ta’ din il-klassifikazzjoni mill-ġdid, u dan retroattivament minn meta huwa daħal fil-kariga;jikkumpensa d-dannu morali mġarrab mir-rikorrent, stmat ex aequo et bono għas-somma ta’ EUR 5 000;jikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.