Language of document :

Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tat-28 ta' Settembru 2011 - Safa Nicu Sepahan vs Il-Kunsill

(Kawża T-384/11 R)

("Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta' sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi - Talba għal miżuri provviżorji - Nuqqas ta' urġenza")

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Safa Nicu Sepahan Co. (Isfahan, l-Iran) (rappreżentant: A. Bahrami, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Vitro u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, sussegwentement R. Liudvinaviciute-Cordeiro u I. Gurov, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji, inkluża talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-punt 19 tat-Tabella B tal-Anness I tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 503/2011, tat-23 ta' Mejju 2011, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 136, p. 36), sa fejn fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet li għalihom japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi tinsab inkluża entità bl-isem ta' "Safa Nicu".

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________