Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2015 – Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-124/14) 1

(“FAEŻR – Infiq eskluż mill-finanzjament Komunitarju – Żvilupp rurali – Korrezzjoni finanzjarja ta’ darba – Eliġibbiltà tal-infiq magħmul għax-xiri ta’ materjal u ta’ tagħmir użat– Sistema derogatorja għall-impriżi mikro, żgħar u ta’ daqs medju – Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 1974/2006”)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentanti: J. Heliskoski u S. Hartikainen, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Aalto, J. Aquilina, P. Rossi u T. Sevón, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 338, p. 81), sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827.58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/763/UE, tat-12 ta’ Diċembru 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni taħt il-FAEŻR ċertu nfiq tar-Repubblika tal-Finlandja, li jammonta għal EUR 927 827.58, għaliex ma huwiex konformi mar-regoli tal-Unjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 142, 12.5.2014.