Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Hof van beroep te Antwerpen (Il-Belġju) fid-9 ta' Marzu 2007 - Belgische Staat vs N.V. Cobelfret

(Kawża C-138/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Antwerpen.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Belgische Staat.

Konvenuta: N.V. Cobelfret.

Domandi preliminari

Is-sistema fis-seħħ fil-Belġju f'dak li jirrigwarda dħul taxxabbli definittiv, li abbażi tagħha dividendi l-ewwel jiġu miżjuda mal-bażi taxxabbli tal-kumpannija prinċipali u, suċċessivament, l-ammont ta' dawn id-dividendi riċevuti jitnaqqas, skond l-Artikolu 205(2) tal-Kodiċi Belġjan dwar it-Taxxa fuq id-Dħul, mill-bażi taxxabbli tal-kumpannija prinċipali (bl-ammont ta' 95%) jekk l-imsemmija kumpannija prinċipali tkun għamlet dħul taxxabbli, hija kompatibbli ma' l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta' Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti, 1 inkwantu r-riżultat ta' tali restrizzjoni fuq it-tnaqqis mid-dħul taxxabbli definittiv huwa li kumpannija prinċipali tiġi, f'sena finanzjarja sussegwenti, intaxxata fuq id-dividendi li hija tkun irċeviet fil-każ fejn hija ma tkunx iġġenerat, jew ma tkunx iġġenerat biżżejjed, dħul taxxabbli matul il-perijodu taxxabbli li fih hija rċeviet id-dividendi, jew minn ta' l-anqas ir-riżultat li t-telf fiskali marbut mal-perijodu taxxabbli in kwistjoni jintuża ħażin u konsegwentement ma jibqax trasferibbli sa l-ammont tad-dividendi riċevuti, li fin-nuqqas ta' telf fiskali, xorta waħda kellhom jiġu eżonerati sa 95%?

____________

1 - ĠU 1990 L 225, p. 6.