Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Jannar 2013 - Fon Wireless vs UASI - nfon (nfon)

(Kawża T-283/11) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali nfon - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti fon u trade mark nazzjonali verbali preċedenti FON - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal bidla"]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: inizjalment F. Brandolini Kujman, sussegwentement L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: nfon AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Schweyer, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta' Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Fon Wireless Ltd u nfon AG.

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-18 ta' Marzu 2011 (Każ R 1017/2009-4), hija mibdula fis-sens li l-appell ippreżentat minn nfon AG quddiem il-Bord tal-Appell huwa miċħud.

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Fon Wireless Ltd.

nfon għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 32, 04.02.2012.