Language of document :

Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2024 – Cinkciarz.pl vs EUIPO (€$ We Think for You)

(Kawża T-20/24)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrent: Cinkciarz.pl sp. z o.o. (Zielona Góra, il-Polonja) (rappreżentanti: E. Skrzydło-Tefelska u M. Stępkowski, radcy prawni)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea €$ We Think for You – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 15 225 253

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Novembru 2023 fil-Każ R 1256/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) moqri flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

ksur tal-Artikolu 94(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, moqri flimkien mal-Artikolu 41(1) u (2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal smigħ.

____________