Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Diċembru 2023 – Shopper Union France u Azalbert vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1071/23 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Aċċess għal dokumenti – Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Kuntratti għall-akkwist ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 – Rifjut ta’ aċċess – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Shopper Union France (Pariġi, Franza), Xavier Azalbert (Garches, Franza) (rappreżentant: D. Protat, avukata)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Burón Pérez, S. Ciubotaru u F. van Schaik, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħhom ibbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti jitolbu li l-Kummissjoni Ewropea tiġi ordnata, bħala miżuri provviżorji, tippubblika fuq is-sit tal-internet tagħha l-verżjonijiet mhux redatti tal-kuntratti kollha għall-akkwist ta’ vaċċin kontra l-COVID-19 konklużi bejnha u tliet kumpanniji farmaċewtiċi, jiġifieri fil-verżjoni sħiħa tagħhom mingħajr ebda tiswid tal-kontenut, taħt piena ta’ EUR 100 000 għal kull jum ta’ dewmien min-notifika lill-partijiet tad-deċiżjoni li għandha tingħata.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________