Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Campofrio Food Group vs EUIPO – Cerioti Holding (SNACK MI)

(Kawża T-736/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea SNACK MI – Trade marks figurattivi nazzjonali preċedenti CAMPOFRIO SNACK’IN – Raġunijiet relattivi għal rifjut – Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 – Assenza ta’ preġudizzju għar-reputazzjoni – Artikolu 8(5) tar-Regolament 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Campofrio Food Group, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Erdozain López, M. Del Río Aragó, E. Seijo Veiguela u J. Vicente Martínez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Bovar, E. Markakis u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Cerioti Holding SA (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-10 ta’ Awwissu 2022 (Każ R 59/2022-2).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Campofrio Food Group, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 24, 23.1.2023.