Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Abramovich vs Il-Kunsill

(Kawża T-313/22) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl ta’ azzjonijiet li jikkompromettu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li għalihom japplika l-iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi – Restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri – Lista ta’ persuni, ta’ entitajiet u ta’ organi li huma suġġetti għal restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni fit-territorju tal-Istati Membri – Inklużjoni u żamma tal-isem tar-rikorrent fil-listi – Kunċett ta’ ‘negozjanti ewlenin’– Artikolu 2(1)(g) tad-Deċiżjoni 2014/145/PESK – Obbligu ta’ motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża – Żball ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità – Ugwaljanza fit-trattament – Dritt għall-proprjetà – Libertà ta’ intrapriża – Dritt għal ħajja privata – Applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet fil-qasam tal-ammissjoni ta’ ċittadin ta’ Stat Membru – Moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Roman Arkadyevich Abramovich (Nemchinovo, ir-Russja) (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme, S. Bonifassi, M. Brésart, L. Burguin, J. Goffin, J. Bastien, R. Lööf, avukati, u C. Zatschler, SC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Intervenjent, insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, C. Giolito, L. Puccio u M. Carpus Carcea, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, abbażi tal-Artikolu 263 TFUE, l-annullament, fl-ewwel lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/429 tal-15 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 44, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 67), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/427 tal-15 ta’ Marzu 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 87 I, p. 1, rettifika fil-ĠU 2022, L 105, p. 66), fit-tieni lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1530 tal-14 ta’ Settembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 149), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1529 tal-14 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2022, L 239, p. 1), fit-tielet lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/572 tat-13 ta’ Marzu 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 134), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/571 tat-13 ta’ Marzu 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 75 I, p. 1), u, fir-raba’ lok, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/811 tat-13 ta’ April 2023 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 67) u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/806 tat-13 ta’ April 2023 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (ĠU 2023, L 101, p. 1), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lilu, u, min-naħa l-oħra, abbażi tal-Artikolu 268 TFUE, il-ħlas ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti minnu wara l-adozzjoni tal-atti inizjali.

Dispożittiv

Ir‑rikors huwa miċħud.

Roman Arkadyevich Abramovich għandu jbati l‑ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill‑Kunsill tal‑Unjoni Ewropea.

Il‑Kummissjoni Ewropea għandha tbati l‑ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 266, 11.7.2022.