Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Jannar 2024 – Meucci vs Il-Parlament u SEAE

(Kawża T-1123/23 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Servizz pubbliku – Uffiċjali – Irtirar – Ċaħda tat-talba għaż-żamma fis-servizz lil hinn mill-età tal-irtirar – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Paolo Meucci (Addis Ababa, l-Etjopja) (rappreżentanti: L. Levi u A. Champetier, avukati)

Konvenuti: Il-Parlement Ewropew (rappreżentanti: S. Seyr u R. Schiano, aġenti), Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: R. Coesme u S. Falek, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tiegħu bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrent jitlob, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2023 li jawtorizzawh jissokta fis-servizz sat-30 ta’ Novembru 2023 u li jawtorizzaw il-kollokament tiegħu mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) sa’ din l-istess data kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Parlament tad-9 ta’ Novembru 2023 li tintegrah mill-ġdid fi ħdan is-servizzi tiegħu u li tirtirah b’effett mit-30 ta’ Novembru 2023 u tad-deċiżjoni tas-SEAE tat-13 ta’ Novembru 2023 li ttemm l-assenjazzjoni tiegħu fi ħdan is-sezzjoni Politika – sottosezzjoni Affarijiet Parlamentari, tad-delegazzjoni tal-Unjoni Afrikana fit-30 ta’ Novembru 2023 u, min-naħa l-oħra, il-proroga tal-awtorizzazzjoni tiegħu li jaħdem sal-31 ta’ Awwissu 2024 fis-sezzjoni Politika – sottosezzjoni Affarijiet Parlamentari, tal-istess delegazzjoni u, jekk meħtieġ, ordni lill-Parlament sabiex jikkollokah mas-SEAE u ordni lis-SEAE sabiex jassenjah fi ħdan is-sezzjoni Politika – sottosezzjoni Affarijiet Parlamentari, tal-imsemmija delegazzjoni.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

Id-digriet tal-1 ta’ Diċembru 2023, Paolo Meucci vs Il-Parlament u SEAE (T-1123/23 R, mhux ippubblikat), huwa rrevokat.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________