Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Islentyeva vs Il-Kunsill

(Kawża T-233/22) 1

(“Rikors għal annullament – Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi meħuda fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina – Projbizzjoni ta’ kull inġenju tal-ajru mhux irreġistrat fir-Russja, li jkun il-proprjetà, mikri, jew ikkontrollat b’xi mod ieħor minn persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp Russu milli jinżel, jitlaq, jew itir fit-territorju tal-Unjoni – Artikolu 4e tad-Deċiżjoni 2014/512/PESK – Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali – Artikolu 3d tar-Regolament (UE) Nru 833/2014 – Assenza ta’ locus standi – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ekaterina Islentyeva (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. Moyse u V. Sulea, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M.-C. Cadilhac, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, C. Giolito, K. Simonsson, M. Carpus Carcea u B. Sasinowska, aġenti)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti, Ekaterina Islentyeva, titlob l-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/335 tat-28 ta’ Frar 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022 L 57, p. 4), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/334 tat-28 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU 2022, L 57, p. 1).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Ekaterina Islentyeva u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.

____________

1     ĠU C 237, 20.6.2022.