Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Feed vs EUIPO – The Feed.com (THE FEED)

(Kawża T-27/23) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ revoka – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea THE FEED – Użu ġenwin tat-trade mark – Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Feed SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Bouchara u A. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pétrequin u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: The Feed.com, Inc. (Broomfield, Colorado, L-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Lacker, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tal-11 ta’ Novembru 2022 (Każ R 1905/2021-5).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Feed SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 94, 13.3.2023.