Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Diċembru 2023 – Transport Werk vs EUIPO – Haus & Grund Deutschland (Haus & Grund)

(Kawża T-779/22) 1

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Haus & Grund – Raġunijiet assoluti ta’ invalidità – Karattru deskrittiv – Karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) u (ċ), u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li saru l-Artikolu 7(1)(b) u (c), u l-Artikolu 59(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Transport Werk GmbH (Offenbach-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Donath, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Eberl, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Haus & Grund Deutschland Zentralverband der Deutschen Haus-, Wohnungs- und Grundeigentümer eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Welkerling, avukat)

Suġġett

Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 84/2022-5).

Dispożittiv

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-26 ta’ Ottubru 2022 (Każ R 84/2022-5) hija annullata inkwantu din ċaħdet l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni tad-29 ta’ Novembru 2021 dwar it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Haus & Grund għal dak li jirrigwarda l-“mezzi tad-data; software għall-akkwist, il-bejgħ, l-amministrazzjoni, il-kiri, il-kostruzzjoni u l-operat ta’ bini, installazzjonijiet u tagħmir”, li jaqgħu fil-Klassi 9, l-“affarijiet relatati mal-proprjetà immobbli; opinjoni ta’ esperti fis-settur tal-assigurazzjoni, tal-finanzi, tal-proprjetà immobbli u l-affarijiet monetarji”, li jaqgħu fil-Klassi 36, u l-“opinjoni ta’ esperti tekniċi, konsulenza teknika; ħolqien ta’ software għall-akkwist, il-bejgħ, il-kiri, il-kostruzzjoni, l-amministrazzjoni u l-operat ta’ bini, installazzjonijiet u tagħmir; ħolqien ta’ software għall-ottimizzazzjoni tal-ġestjoni, tal-profitabbiltà, tal-użu, tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-konservazzjoni tal-beni immobbli u tat-tagħmir”, li jaqgħu fil-Klassi 42 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1     ĠU C 45, 6.2.2023.