Language of document :

Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2024 – Lagardère vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1119/23 R)

(“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Kompetizzjoni – Konċentrazzjonijiet – Talba għal informazzjoni – Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 – Talba għal miżuri provviżorji – Nuqqas ta’ urġenza”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Lagardère SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: D. Théophile, G. Aubron u C. Bocket, avukati)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Caro de Sousa, B. Cullen u D. Viros, aġenti)

Suġġett

Permezz tat-talba tagħha bbażata fuq l-Artikoli 278 u 279 TFUE, ir-rikorrenti titlob, minn naħa, is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 6429 final tad-19 ta’ Settembru 2023 dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (Każ M.11184 – Vivendi vs Lagardère) (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2023”), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2023) 7464 final tas-27 ta’ Ottubru 2023 (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni tas-27 ta’ Ottubru 2023) u, min-naħa l-oħra, taħt titolu kawtelatorju, li din tiġi ordnata żżomm id-dokumenti kollha kkonċernati mid-deċiżjoni tad-19 ta’ Settembru 2023, kif emendata b’dik tas-27 ta’ Ottubru 2023, li jistgħu jkunu ta’ interess għall-investigazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea.

Dispożittiv

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

Id-digriet tad-29 ta’ Novembru 2023, Lagardère vs Il-Kummissjoni (T-1119/23 R) huwa annullat.

L-ispejjeż huma rriżervati.

____________