Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Jannar 2024 – TU u BY vs Il-Parlament

(Kawża T-10/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: TU u BY (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjonijiet tad-9 u tat-28 ta’ Marzu 2023;

tikkundanna lill-Parlament li jibgħat ir-rapport ta’ investigazzjoni amministrattiva lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Parlament iħallas kumpens ta’ EUR 20 000 lil kull rikorrent;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom kontra d-deċiżjonijiet tad-9 u tat-28 ta’ Marzu 2023 li permezz tagħhom il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Fastidju ċaħad it-talba tar-rikorrenti li talbu aċċess għar-rapport ta’ investigazzjoni amministrattiva stabbilit fir-rigward tal-atti ta’ fastidju li huma ġarrbu mingħand Membru tal-Parlament Ewropew fil-kuntest tal-funzjonijiet tagħhom bħala assistenti parlamentari akkreditati, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur, minn naħa, tal-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, min-naħa l-oħra, tad-dmir ta’ assistenza u, fl-aħħar nett, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

____________