Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Jannar 2024 – Funline International vs EUIPO – MS Trade (JUNGLE JUICE)

(Kawża T-26/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Funline International Corp. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Hejdová, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MS Trade s. r. o. (Praga, Ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali JUNGLE JUICE – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 8 630 832

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-19 ta’ Ottubru 2024 fil-Każ R 2264/2022-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; jew

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-talba għal revoka;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 19(1) tal-Ftehim dwar l-Aspetti tad-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali Relatati mal-Kummerċ (TRIPS).

____________