Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Jannar 2024 – DDCF vs EUIPO (SUSTAINABLE BY DESIGN)
(Kawża T-3/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Delvaux design coordination et finance (DDCF) (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: M. Hartmann, S. Fröhlich u T. Ntinas, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “SUSTAINABLE BY DESIGN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 792 593
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-18 ta’ Ottubru 2023 fil-Każ R 1075/2023-2
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni kkontestata;
tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.
Motiv invokat
Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
____________