Language of document :

Appell ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2021 minn CE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2021 fil-Kawża T-355/19, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni

(Kawża C-539/21 P)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: CE (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kumitat tar-Reġjuni

Talbiet

Tannulla parzjalment is-sentenza tas-16 ta’ Ġunju 2021, CE vs Il-Kumitat tar-Reġjuni (T-355/19);

Tikkundanna lill-Kumitat tar-Reġjuni għall-ispejjeż kollha, inkluż dawk sostnuti quddiem il-Qorti Ġenerali relatati kemm mal-proċedura prinċipali kif ukoll mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jikkontesta b’mod partikolari l-punti 69 u 71, 73 sa 77, 83 sa 91, 109 sa 116, 126 sa 139, 149 u 150 tas-sentenza appellata. Huwa jiżviluppa aggravju uniku insuffiċjenti u ineżatt fid-dritt.

____________