Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2023 – Huhtamaki Holding vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1145/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Huhtamaki Holding Sàrl (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: M. Struys, F. Pili u H. de Cazotte, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea li tirriżulta mis-silenzju tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropea u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1 , li rrifjutat l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti tal-31 ta’ Awwissu 2023, għal aċċess għal dokumenti taħt ir-Regolament Nru 1049/2001 (iktar il quddiem id-“deċiżjoni kkontestata”).
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-Kummissjoni kisret ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 296 TFUE u d-dritt għal amministrazzjoni tajba tar-rikorrenti stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewopea.
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li, fil-każ ipotetiku li l-Kummissjoni kellha ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija indikata fit-tweġiba tagħha tal-11 ta’ Awwissu 2023 skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1049/2001:
id-deċiżjoni kkontestata xorta tkun tikser ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni (l-ewwel parti tat-tieni motiv); u
id-deċiżjoni kkontestata tkun ibbażata fuq interpretazzjoni żbaljata tar-Regolament Nru 1049/2001, jiġifieri l-motivazzjoni tal-Kummissjoni tkun żbaljata fuq il-mertu (it-tieni parti tat-tieni motiv).
____________
1 ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.