Language of document :

Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2015 – L’Oréal vs UASI - LR Health & Beauty Systems (LR)

(Kawża T-475/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentant: R. Dissmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: LR Health & Beauty Systems GmbH (Ahlen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “LR” – Trade mark Komunitarja Nru 11 047 578

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1143/2014-1Talbiettannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Bord tal-Appell jiċħad, fil-punt 2, it-talba tar-rikorrenti għal prova ta’ użu mit-trade marks preċedenti tal-intervenjent bħala tardiva;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem il-qorti kif ukoll tal-proċedimenti ta’ appell quddiem il-Bord tal-Appell.Motiv invokatksur tal-Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 40 tar-Regolament Nru 2868/95.

____________