Language of document :

d:\documents\tra-doc\t-2015-0476\tra-doc-mt-req_comm-t-0476-2015-201507565-02_00.doc

Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – European Food vs UASI - – Société des Produits Nestlé (FITNESS)

(Kawża T-476/15)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “FITNESS” – Trade mark Komunitarja Nru 2 470 326

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2542/2013-4

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni appellata u tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex jagħti deċiżjoni konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni appellata u tħassar it-trade mark Komunitarja Fitness Nru°2 470 326;tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.Motivi invokatiksur tar-regoli 37(b), (vi), u 50(1) tar-Regolament Nru°2868/95 kif ukoll l-Artikolu 76 tar-Regolament Nru°207/2009ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru°207/2009ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru°207/2009.

____________