Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

(Kawża T-477/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki - Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: M. Sfyri, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt tal-konvenuta rigward il-Fażi 2 tas-sejħa għal offerti ristretta ECHA/2014/86 ikkomunikata lir-rikorrenti permezz tal-ittra tagħha tal-25 ta’ Ġunju 2014, li permezz tagħha ġew infurmati li l-offerta tagħhom ma ntlaqgħetx u li l-kuntratt kien ingħata lil konsorju ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa lir-rikorrenti d-dannu subit minħabba t-telf ta’ opportunità li jingħataw kuntratt, għal ammont ta’ EUR 520 000; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż legali tar-rikorrenti kif ukoll spejjeż oħra sostnuti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors, anki jekk dan ir-rikors kellu jiġi miċħud.Motivi u argumenti prinċipaliInsostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-ECHA kisret l-obbligu tagħha li timmotiva l-evalwazzjoni tagħha tal-offerta tagħhom, billi ma ċċitatx il-vantaġġi relattivi tal-offerta rebbieħa.It-tieni motiv ibbażat fuq li l-ECHA kienet wettqet diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fil-kunsiderazzjoni tal-offerta tagħhom u, sussidjarjament, li introduċiet, fl-istadju tal-evalwazzjoni tal-offerti, kriterji ġodda u mhux magħrufa.

____________