Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Settembru 2016 – Lotte vs EUIPO – Kuchenmeister (KOALA LAND)

(Kawża T-479/15) 1

[Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea KOALA LAND – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti KOALA – Ċaħda parzjali tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Użu ġenwin – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u S. Schicker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kuchenmeister GmbH (Soest, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Blumenthal, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ġunju 2015 (Każ R 815/2014-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kuchenmeister u Lotte.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Lotte Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 337, 12.10.2015.