Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Frar 2018 – European Dynamics Luxembourg et vs ECHA

(Kawża T-477/15) 1

(“Kuntratti pubbliċi għal servizzi – Proċeduri ta’ sejħa għal offerti – Provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA – Ċaħda tal-offerta ta’ offerent – Kriterji ta’ għoti – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni – Responsabbiltà mhux kuntrattwali”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE, (Ateni, il-Grèċja) (rappreżentanti: M. Sfyri, D. Papadopoulou u C. N. Dede, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: inizjalment E. Maurage, W. Broere u M. Heikkilä, sussegwentement W. Broere u M. Heikkilä, aġenti, assistiti minn J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet, ikkomunikati lir-rikorrenti b’ittra tal-25 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħhom l-ECHA ċaħdet l-offerta tal-konsorzju European Dynamics għall-attribuzzjoni tal-Kuntratt ECHA/2014/86, dwar il-provvisti ta’ servizzi informatiċi għall-applikazzjonijiet tal-ECHA, u tat dan il-kuntratt lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament sofrew.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

____________

1     ĠU C 363, 3.11.2015.