Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/15) 1

(“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea –Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: inizjalment minn R.-H. Radu, A. Buzoianu u E. Gane, sussegwentement minn R.-H. Radu, E. Gane, A. Wellman u M. Chicu, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Caeiros u A. Ştefănuc, sussegwentement minn A. Caeiros u G.-D. Balan, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li kienet tinsab fl-ittra  bir-riferiment Ares (2015) 2453089, tal-11 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha din tal-aħħar talbet lir-Rumanija tipprovdilha l-ammont gross ta’ EUR 1 079 513.09, li minnhom għandhom jitnaqqsu 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir, li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi d-dsatax il-jum tat-tieni xahar wara li tintbagħat l-imsemmija ittra, bir-riskju li jkollha tħallas interessi moratorji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat-22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 94/728/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 1).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Slovakka.

3)    Ir-Rumanija hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

4)    Ir-Rumanija, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tat-talba għal intervent ta’ din tal-aħħar.

____________

1     ĠU C 346, 19.10.2015.