Language of document : ECLI:EU:T:2018:405





Digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat28 ta’ Ġunju 2018 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T478/15)

“Rikors għal annullament – Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Responsabbiltà finanzjarja tal-Istati Membri – Obbligu li jitħallas lill-Kummissjoni l-ammont li jikkorrispondi għal telf ta’ riżorsi proprji – Ittra tal-Kummissjoni – Att li ma jistax jiġi kkontestat – Inammissibbiltà”

1.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Ittra mill-Kummissjoni li tistieden informalment lil Stat Membru sabiex jagħmel ir-riżorsi proprji tradizzjonali disponibbli għall-baġit tal-Unjoni – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2010, Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/436)

(ara l-punti 28, 32, 41, 44, 53, 55, 61)

2.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Att purament informattiv – Esklużjoni

(Artikolu 263 TFUE)

(ara l-punti 29, 52)

3.      Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea – Konstatazzjoni u tqegħid għad-dispożizzjoni mill-Istati Membri – Responsabbiltà tal-Istati Membri – Portata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1150/2000, Artikolu 2(1), 9(1), u 17(1) u (2); Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436, Artikolu 2(1)(a) u 8(1))

(ara l-punti 33, 34, 38)

4.      Rikors għal annullament – Atti li jistgħu jiġu kkontestati – Kunċett – Atti li jipproduċu effetti legali vinkolanti – Possibbiltà li tiġi eskluża din il-kundizzjoni billi jiġi invokat id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva – Assenza

(It-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(1) TUE; ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea; Artikoli 47 u 52(7))

(ara l-punt 64)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u għall-annullament tad-deċiżjoni tad-Direttorat Ġenerali tal-Baġit tal-Kummissjoni li kienet tinsab fl-ittra bir-riferiment Ares (2015) 2453089, tal‑11 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha din tal-aħħar talbet lir-Rumanija tipprovdilha l-ammont gross ta’ EUR 1 079 513.09, li minnhom għandhom jitnaqqsu 25 % bħala spejjeż ta’ ġbir, li jikkorrispondu għal telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali, u dan mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol li jsegwi d-dsatax il-jum tat-tieni xahar wara li tintbagħat l-imsemmija ittra, bir-riskju li jkollha tħallas interessi moratorji skont l-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1150/2000 tat‑22 ta’ Mejju 2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 169).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika Slovakka.

3)

Ir-Rumanija hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea

4)

Ir-Rumanija, il-Kummissjoni u r-Repubblika Slovakka għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom fir-rigward tat-talba għal intervent ta’ din tal-aħħar.