Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta' Ġunju 2011 - Hess Group vs UASI - Coloma Navarro (COLOMÉ)

(Kawża T-341/08) 1

"Trade mark Komunitarja - Talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ftehim u r-revoka tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hess Group AG (Bern, l-Isvizzera) (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: José Félix Coloma Navarro (Alvarado, Spanja) (rappreżentant: A. Fernández Lerroux, avukat)

Suġġett

Appell kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta' Mejju 2008 (Każ R 1030/2007-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta' invalidità bejn M. José Félix Coloma Navarro u Hess Group AG.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll nofs kull wieħed ta' dawk inkorsi mill-konvenut.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.