Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta' Mejju 2012 - EnBW Energie Baden-Württemberg vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/08) 

"Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Fajl amministrattiv ta' proċedura fil-qasam tal-akkordji - Rifjut ta' aċċess - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta' investigazzjoni - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta' terz - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Obbligu tal-istituzzjoni kkonċernata li twettaq eżami konkret u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni għal aċċess"

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: EnBW Energie Baden-Württemberg AG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Bach u A. Hahn, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira, A. Antoniadis u O. Weber, sussegwentement A. Bouquet, P. Costa de Oliveira u A. Antoniadis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: K. Petkovska, S. Johannesson u A. Falk, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Siemens AG (Berlin u Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Brinker, C. Steinle u M. Holm-Hadulla, avukati); u ABB Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: inizjalment J. Lawrence, solicitor, u E. Whiteford, barrister, sussegwentement J. Lawrence u D. Howe, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E.3/MV/psi D (2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, li tiċħad l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 - Switchgears insulati bil-gass.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni SG.E3/MV/psi D (2008) 4931, tas-16 ta' Ġunju 2008, li tirrifjuta l-aċċess għall-fajl tal-proċedura COMP/F/38.899 - Switchgears insulati bil-gass, hija annullata.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn EnBW Energie Baden-Württemberg AG.

Ir-Renju tal-Isvezja, ABB Ltd u Siemens AG għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

____________

1 - ĠU C 272, 25.10.2008.