Language of document :

Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-justice de paix du canton de Forest (il-Belġju) fl-4 ta’ Ġunju 2021 – ZG vs Beobank SA

(Kawża C-351/21)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Justice de paix du canton de Forest

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ZG

Konvenut: Beobank SA

Domandi preliminari

Skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE 1 , il-fornitur ta’ servizzi huwa marbut b’obbligu ta’ mezzi u b’obbligu ta’ riżultat fir-rigward tal-fornitura ta’ “informazzjoni dwar min jitħallas”?

L-“informazzjoni dwar min jitħallas” imsemmija f’din id-dispożizzjoni tirkupra l-informazzjoni li tippermetti li tiġi identifikata l-persuna fiżika jew ġuridika li bbenefikat mill-ħlas?

____________

1     ĠU 2007, L 319, p. 1, rettifika fil-ĠU 2009, L 187, p. 5.