Language of document :

Rikors ippreżentat fl-20 ta' Settembru 2012 - HP Health Clubs Iberia vs UASI - Shiseido (ZENSATIONS)

(Kawża T-416/12)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: HP Health Clubs Iberia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appel : Shiseido Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta' Ġunju 2012, fil-Każ R 2212/2010-1;

tiċħad l-oppożizzjoni magħmula minn Shiseido Company Ltd;

tirrinvija l-kawża quddiem l-UASI sabiex it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tiġi rreġistrata għas-servizzi inkwistjoni kollha; u

tikkundanna lill-konvenut u lill-parti l-oħra involuta f'din il-kawża għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest ta' din il-proċedura u fil-proċedimenti preċedenti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "ZENSATIONS" għal servizzi fil-klassijiet 35 u 44 - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 5 778 303

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Shiseido Company Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark denominattiva "ZEN" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 21 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ

Motivi invokati:

ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(1) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 8(2)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

____________