Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta' Frar 2013 - Beninca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-418/12) 

["Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Rifjut impliċitu ta' aċċess - Interess ġuridiku - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Jürgen Beninca (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Zschocke, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: F. Clotuche-Duvieusart, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni, tas-27 ta' Lulju 2012, li tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument.

Dispożittiv

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn Jürgen Beninca.

____________

1 - ĠU C 366, 24.11.2012.